Tuesday, April 16, 2024

Investigat każ ta’ bullying li qajjem furur fuq il-midja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

https://www.facebook.com/michael.falzon/posts/4875613959177577

Il-Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fl-aħħar ħin rreaġixxa għal numru ta’ kummenti ta’ rabja rigward filmat ta’ bullying li nxtered fl-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali.

Huwa spjega li jeħtieġ li nifhmu illi l-bullying jista’ jħalli ħafna effetti ħżiena fuq it-tfal tagħna. Qal li hija ta’ qsim il-qalb meta jkellmuh ġenituri li t-tfal tagħhom huma vittmi ta’ bullying.

Falzon qal li jemmen illi hemm bżonn aktar edukazzjoni fuq dan is-suġġett. Huwa kkonferma li hu qiegħed jilqa’ l-intervent immedjat tal-Ministru Owen Bonnici li rrefera dan il-każ għand l-Anti Bullying Services fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Ekonomija

Sport