Monday, May 13, 2024

Investigata s-sejba ta’ kokaina fil-White House

Aqra wkoll

Is-Servizzi Sigrieti tal-Istati Uniti għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom wara li l-Ħadd filgħaxija nstabet il-kokaina fil-White House. Din is-sejba li saret fil-West Wing wasslet għall-evakwazzjoni tal-ħaddiema għal xi ħin.

L-aġenti tas-servizz sigriet sabu trab suspettuż fiż-żona li hija aċċessibbli fejn isiru t-tours tal-gruppi waqt li kienu qed jagħmlu spezzjoni ta’ rutina. Dak il-ħin, il-President Joe Biden u l-familja tiegħu kienu f’Camp David, f’Maryland.

Uffiċjal anzjan tal-infurzar tal-liġi tkellem mal-midja internazzjonali u qal li s-sustanza nstabet f’faċilità użata mill-ħaddiema tal-White House u l-mistednin biex iħallu l-mobiles fiha.

Il-kumpless tal-White House ngħalaq għal xi ħin bħala prekawzjoni matul il-jum tal-Ħadd. Minn aktar analiżi li saret, kien ikkonfermat li s-sustanza misjuba kienet fil-fatt kokaina.

Sport