Friday, April 26, 2024

Investigazzjoni dwar jekk kienx hemm persuni oħra involuti fil-ħtif ta’ Cleo Smith

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-Awstralja tinsab għaddejja b’investigazzjoni biex ikun magħruf jekk kienx hemm persuna oħra li setgħet kienet involuta fil-ħtif ta’ Cleo Smith, tifla ta’ erba’ snin li kienet ġiet instabet il-ġimgħa li għaddiet wara jiem irrapportata nieqsa. 

Cleo, li nstabet maqfula f’dar, kien ilha 18-il jum nieqsa u kienet għebet meta kienet camping mal-ġenituri tagħha f’Western Australia fis-16 ta’ Ottubru li għadda. L-għejbien tat-tifla wassal għal tfittxijiet intensivi u finalment it-tifla nstabet f’dar ġewwa l-villaġġ ta’ Carnorvon, l-istess villaġġ fejn tgħix. Terence Darrell Kelly ta’ 36-il sena qiegħed jiġi akkużat bil-ħtif u nhar il-Ġimgħa li għaddiet ittieħed f’ħabs ġewwa Perth li tinsab 900 kilometru bogħod minn Carnorvon. 

Jidher li fl-aħħar sigħat l-investigaturi reġgħu rritornaw fuq ix-xena tar-reat hekk kif issa huma qed jaraw jekk kienx hemm iktar persuni involuti f’dan il-ħtif. Min-naħa tagħhom l-uffiċjali tal-pulizija għamlu appell lir-residenti kollha ta’ Carnorvon biex jekk kellhom xi kuntatt ma’ Kelly f’dawn l-aħħar jiem jgħarrfuhom. 

Fiż-żmien meta Cleo nstabet il-pulizija kienu jemmnu li Kelly aġixxa waħdu, iżda nhar it-Tlieta li għddiet Daily Mail Australia rrapportat li l-pulizija qed jaraw jekk kienx hemm xi mara li ħadet ħsieb lil Cleo meta din kienet maħtufa fosthom billi kienet tlibbisha u tirranġalha xagħarha. Min-naħa tagħhom il-pulizija ma taw l-ebda kumment dwar dan. 

Sport