Friday, April 26, 2024

Investigazzjoni turi li mhux minnu li ġew allokati postijiet lil persuni li ma kinux eleġibbli

Aqra wkoll

“Wara li x-xahar li għadda tlabt investigazzjoni mill-Pulizija ta’ Malta dwar allegazzjonijiet malafamanti fuq persuni li jiffurmaw parti mis-Segretarjat tiegħi, għadni kif ġejt infurmat mill-Pulizija li l-investigazzjoni rriżultat li dan ma kienx minnu”.  Ħabbar dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, f’kitba li qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Huwa kompla jgħid ukoll li skont informazzjoni mogħtija lilu, irriżulta illi l-allegazzjoni li saret fil-konfront tal-Ministeru tiegħu fejn ingħad li ngħataw postijiet lil persuni li ma kinux eliġibbli, mhux minnha.

Il-Ministru Galdes temm jgħid li hu ħa l-inkarigu biex jinforma lill-avukat difensur ta’ dik il-persuna responsabbli minn dawn l-allegazzjonijiet sabiex tirtira l-imsemmija allegazzjonijiet u titlob skuża lil dawk konċernati: “Għaldaqstant, wara l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni, infurmajt lill-Avukat li kien qiegħed jassisti lill-persuna li għamlet dawn l-allegazzjonijiet malafamanti biex jiġu rtirati u tintalab apoloġija pubblika lill-individwi konċernati”.

1 kumment

  1. Onor Galdes.Skuza mhux bizzejjed.Dawn lallegazzjonijiet li ma jkunux veritiera min jaghmila ghandu jigi mfittex ghad danni ta malafama.

Comments are closed.

Sport