Tuesday, April 30, 2024

Ir-raġel ‘eroj’ li salva għexieren ta’ Ukreni u għenhom joħorġu barra miż-żona tal-gwerra

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ingliż-Ukren ta’ 31 sena ġie deskritt bħala eroj tal-ġest ta’ solidarjetà li wettaq matul dan l-aħħar perjodu.

Dan hekk kif huwa għen biex isalva l-ħajjiet ta’ għexieren ta’ Ukreni, inkluż nisa tqal, anzjani b’diżabbiltà u tarbija tat-twelid, billi ħariġhom mill-periklu li bħalissa qed jifni lil pajjiżhom.

Sa mit-28 ta’ Frar, Roman Tymchyshyn irnexxielu jsalva madwar 80 persuna billi vvjaġġa u ħadhom tul il-fruntiera Pollakka.

Huwa għamel mal-2,800 mil bil-karozza tiegħu, u saq madwar 300 mil kuljum fost il-kaos tal-Ukrajna.

L-Ingliż-Ukren ħa permess biex jieqaf mix-xogħol għal xahar biex ikun jista’ jgħin jevakwa n-nies fil-pajjiż fejn twieled flimkien ma’ martu Ulyana Vovk.

Huwa qal: “Min iħaddimni huwa ġeneruż ħafna u ppermetta li nieħu leave imħallas ta’ xahar u għalhekk irrilokajt l-Ukrajna prinċipalment biex ngħin lin-nies jevakwaw.”

Ma’ midja internazzjonali, huwa rrakkonta kif sakemm jaqsmu l-fruntiera jew jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom il-passiġġieri jħossuhom imbeżżgħin imma kultant ikunu aktar rilassati meta jinġabru flimkien ma’ familji differenti hekk kif huwa jifforma gruppi ta’ nies każwali.

“Jiddiskutu l-istejjer tagħhom u jibku flimkien dwar it-telfa ta’ xi ħadd maħbub jew jitkellmu dwar il-membri tal-familja tagħhom li nfirdu minn magħhom. Meta tara affarijiet bħal dawn iseħħu fuq it-televiżjoni hija differenti ferm minn meta tesperjenzaha personalment… ta’ qsim il-qalb.”

Żied jgħid li nies anzjani ħafna jibżgħu mill-bumbardamenti u mill-ajruplani peress li xi wħud minnhom esperjenzaw it-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-fatt qal li ħafna minnhom ma jitkellmux iżda jitolbu waqt li jkun qed isuq għal sagħtejn.

Id-dilettant tal-karozzi klassiċi għażel din it-tip ta’ karozza peress li jgħid li hija aktar komda u spazjuża li tippermettilu jivvjaġġa b’persuni b’diżabbiltà jew jippermettilu iġorr sa sitt passiġġieri.

Sport