FʼĠunju 2024, ir-rata tal-qgħad kienet taʼ 3.1 fil-mija. Dan ifisser tnaqqis taʼ 0.1 punti perċentwali meta mqabbla max-xahar taʼ qabel.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li ir-rata tal-qgħad fost l-irġiel kienet taʼ 3.6 fil-mija, filwaqt li dik fost in-nisa kienet taʼ 2.4 fil-mija.
Ir-rata tal-qgħad fʼĠunju 2024 għall-persuni li għandhom bejn 15 u 24 sena (ir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ) kienet taʼ 8.4 fil-mija, filwaqt li r-rata taʼ dawk li għandhom bejn 25 u 74 sena kienet taʼ 2.6 fil-mija.