Il-partit lemin estrem, l-alternattiva bi prinċipji kontra l-immigrazzjoni għall-Ġermanja, bħalissa l-istħarriġ juri li jinsab fit-tieni post hekk kif qiegħed jipprepara jmur għall-elezzjonijiet ġenerali fit-23 ta’ dan ix-xahar. B’reazzjoni għal dan fil-Ġermanja qegħdin isiru protesti kbar b’eluf ta’ nies kontra dan il-partit u n-Nażisti b’għajta li r-razziżmu u l-mibgħeda mhumiex alternattiva.
In-numru ta’ dimostranti u dimostrazzjonijiet kontra l-lemin estrem u l-alleanza possibbli mal-lemin magħha, f’dawn il-ġranet kompla jikser ir-rekords kollha b’200 dimostrazzjoni fi tmiem il-ġimgħa u 320,000 dimostranti fi Munich, 50,000 fi Bremen, 40,000 f’Hanover, 20,000 f’Darmstadt u mijiet ta’ eluf oħra f’Konn. Aktar dimostrazzjonijiet huma ppjanati fl-ibliet sal-jum l-elezzjoni tat-23 ta’ Frar.
Protesti paċi b’messaġġ qawwi…
Il-partit lemin estrem anti-Immigrant Alternative for Germany (AfD) filwaqt li għandu sostenn qawwi mill-elettorat tant li jinsab fit-tieni post, wassal għal dawn il-protesti kbar li, skont il-pulizija lokali, qegħdin isiru b’mod paċifiku.
Il-pensjonanta Veronika Frank li kienet fost dawk li pprotestaw f’dawn il-ġranet qalet li, “qegħdin nipprotestaw kontra l-lemin. Huwa tal-biża’ l-fatt li ideali lemini reġgħu saru aċċettabbli u li qegħdin joħorġu u jitkellmu b’dan il-mod fil-miftuħ”.
Ix-xahar li għadda l-Brandenburg Gate ta’ Berlin ukoll kienet imdawwra b’dimostranti li bdew ikantaw kanzunetti anti faxxisti u mexjin b’kartelluni b’kitba kontra AfD. L-attivisti qegħdin jittamaw li bil-protesti tagħhom jiġbdu l-attenzjoni tal-partiti xellugin fl-Ewropa u tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-President Amerikan Donald Trump.
Id-dimostranti riċentemnt ħaduha wkoll kontra Friedrich Merz, il-mexxej centru lemini favorit li jerbaħ l-elezzjoni li jmiss, kif ukoll kontra l-Kristjani Demokratiċi, talli x-xahar li għadda bagħtu proposti lill-Parlament għal liġijiet ġodda iebsin dwar l-immigrazzjoni. Proposti li ntlaqgħu tajjeb minn AfD. Il-persuni li qegħdin jipprotestaw qegħdin isostnu li Merz u l-partit tiegħu kisru l-wegħda mhux uffiċjali ta’ wara n-Nażismu mill-partit demokratiċi kollha li qatt ma’ jgħaddu liġijiet jew reżoluzzjonijiet fil-parlament bis-sosteenn ta’ partiti tal-lemin estreeem jew nazzjonalisti bħalma huwa l-AfD.