Monday, April 29, 2024

Ir-rebħ tal-Bundesliga huwa sensazzjoni kbira … jgħid Xabi Alonso (coach ta’ Leverkusen)

Aqra wkoll

Wara li Bayer Leverkusen rebħu l-ewwel titlu tagħhom tal-Bundesliga meta fadal ħames grazzi għal rebħa ta’ 5-0 fuq Werder Bremen, il-coach Xabi Alonso qal li “is-sensazzjoni hija inkredibbli”

Bayern Munich għelbu lil Cologne is-Sibt biex żammew iċ-ċelebrazzjonijiet tat-titlu ta’ Leverkusen għal mill-inqas ġurnata.

Iżda kien hemm xeni ta’ ferħ għat-team immexxi minn Alonso hekk kif intemmet il-partita kontra Werder.

“Irridu ngawdu u niċċelebraw illum mal-familji, il-ħbieb u l-partitarji tagħna,” qal Alonso, li kien miksi bil-birra wara r-rebħa fi tradizzjoni Ġermaniża. “Dan kien l-ewwel staġun [sħiħ] tiegħi bħala coach, is-sensazzjoni hija inkredibbli.”

Penalty ta’ Victor Boniface fil-25 minuta witta t-triq tar-rebħa qabel Granit Xhaka u Florian Wirtz (3) skorjaw il-goals l-oħra.

Il-partitarji daħlu fil-ground f’nofs il-partita meta l-istilla Wirtz żied ir-raba’ goal fit-82 minuta, u għal darb’oħra meta rreġistra l-hat-trick personali ftit wara.

“Ovvjament, fil-bidu tal-istaġun ma stajniex nimmaġinaw dan,” qal Xhaka, li ngħaqad ma’ Leverkusen mingħand Arsenal f’Lulju li għadda.

Wirtz żied jgħid: “Personalment xorta ma nistax nirrealizza li dan ġara. Qed ngħix ħolma.”

Dan is-suċċess importanti ta’ Leverkusen itemm era ta’ dominanza ta’ Bayern, li kienu rebħu l-aħħar 11-il titlu tal-Bundesliga.

Mhux megħluba fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, Leverkusen jibqgħu fit-triq għat-treble notevoli fl-ewwel staġun sħiħ ta’ Alonso fit-tmexxija, bit-Tazza Ġermaniża u l-Europa League għadhom fil-mira tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport