Sunday, December 22, 2024

Ir-referee Stephanie Frappart se tkun l-ewwel mara li se tirreffja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Ir-referee Franċiża, Stephanie Frappart, se ssir l-ewwel mara li tikkontrolla logħba tat-Tazza tad-Dinja tal-irġiel meta ngħatat ir-responsabbiltá tal-logħba Ġermanja v Costa Rica, il-Ħamsi li ġej. 

Il-FIFA għażlet ukoll żewġ nisa bħala assistenti ta’ Frappart — Neuza Back tal-Brażil u Karen Diaz Medina tal-Messiku — biex din il-logħba se tkun ikkontrollata mis-sess femminili. 

Ir-raba’ uffiċjal tal-partita se tkun Kathryn Nesbitt tal-Istati Uniti li se jkollha wkoll l-inkarigu bħala  speċjalista tal-offside fit-team ta’ reviżjoni tal-video. Żewġ nisa oħra, Salima Mukansanga tar-Rwanda u Yoshimi Yamashita tal-Ġappun, jinsabu wkoll fuq il-lista tal-FIFA biex jikkontrollaw logħob fil-Qatar.

Il-FIFA għamlet l-appuntamenti storiċi għall-44 logħba mill-64 ta’ dan it-tournament. 

Fil-passat, Frappart kienet magħżula għal erba’ dmirijiet uffiċjali.

Il-Franċiża ta’ 38 sena ġiet promossa fil-logħba tal-irġiel għal partiti tal-UEFA kif ukoll f’pajjiżha. 

Hija rrefjat partiti tal-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja u ċ-Champions League .. kif ukoll il-finali tat-Tazza Franċiża tal-irġiel ta’ din is-sena. Hija kkontrollat ukoll il-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2019.

Ekonomija

Sport