Thursday, December 26, 2024

Ir-Reġina Eliżabetta II se tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-vaċċin minħabba l-età tagħha

Aqra wkoll

Ir-Reġina Eliżabetta II se tkun qed tingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 fil-ġimgħat li ġejjin. Il-monarka, ta’ 94 sena, flimkien ma’ żewġha l-Prinċep Filippu, ta’ 99 sena, se jkunu qed jirċievu l-vaċċin fost l-ewwel gruppi ta’ persuni minħabba l-età tagħhom. Il-gazzetta “Mail on Sunday” madankollu rrapportat li mhux se jkunu qed jirċievu trattament preferenzjali.

Ir-Reġina se tkun qed tirċievi l-vaċċin żviluppat minn Pfizer-BioNTech wara li r-regolaturi tar-Renju Unit taw l-approvazzjoni ta’ emerġenza lill-vaċċin, bit-tqassim tiegħu se jkun qed jibda fil-jiem li ġejjin.

Il-gazzetta Brittanika żvelat li r-Reġina Eliżabetta II u l-Prinċep Filippu se jkunu qed jiżvelaw li ngħataw il-vaċċin biex jinkoraġġixxu lin-nies biex imorru jitlaqqmu. Dan hekk kif hemm biża’ li numru ta’ nies se jkunu qed jagħżlu li ma jitlaqqmux.

L-Ingilterra nhar l-Erbgħa li għadda approva l-użu tal-vaċċin ta’ Pfizer-BioNTech kontra l-Covid-19, bl-uffiċjali tas-saħħa mistennijin li jużaw kriterji abbażi ta’ età u vulnerabbiltà biex jiġi deċiż l-ordni li n-nies se jkunu qed jirċievu t-tilqima.

Residenti fi djar tal-anzjani u l-carers tagħhom se jkun minn tal-ewwel li jirċievu l-vaċċin, segwiti minn dawk l-anzjani li għandhom ’il fuq minn 80 sena, u ħaddiema frontliners.

Nies anzjani u dawk meqjusin bħala klinikament vulnerabbli se jkunu qed jirċievu t-tilqima fil-grupp sussegwenti, bil-bqija tal-popolazzjoni jirċievu t-tilqima skont l-età.

Ekonomija

Sport