Saturday, December 28, 2024

“Ir-reġina tal-Crypto” fil-lista tal-iktar għaxar persuni mfittxija mill-FBI

Aqra wkoll

Ruja Ignatova, li hija magħrufa aħjar bħala “missing Cryptoqueen”, tpoġġiet fil-lista tal-iktar għaxar persuni mfittxija mill-FBI.

Il-mara Bulgara, li hu mifhum li għandha fuq l-40 sena, qiegħda tiġi mfittxija għall-allegat rwol tagħha fit-tmexxija ta’ skema qarrieqa ta’ munita virtwali magħrufa bħala One­Coin. L-FBI qed jakkużaw lil din il-mara li bl-iskema qarrieqa tagħha hija serqet total ta’ $4 biljun mill-vittmi tagħha. 

 Ignatova ilha nieqsa mill-2017 u dakinhar l-uffiċjali Amerikani kienu ffirmaw il-mandat tal-arrest fil-konfront tagħha u bdew it-tfittxijiet għaliha. Il-komplott qarrieqi ta’ Ignatova jmur lura lejn l-2014 meta dakinhar One­Coin – li kienet tiddeskrivi lilha nnifisha bħala munita virtwali – bdiet toffri ħlasijiet ta’ kummissjoni lil kull min ibigħ din il-munita lil persuni oħrajn. 

L-FBI qalet li OneCoin kienet fil-verità bla valur u qatt ma kienet mħarsa mit-tek­noloġija tal-blockchain li tintuża għal muniti virtwali oħrajn. Skont l-investigaturi, dak li għamlet Ruja ma kien xejn għajr skema Ponzi iżda bil-muniti virtwali.  

Ruja hija l-uniku mara fil-lista tal-iktar għaxar persuni mfittxija mill-FBI.

Ekonomija

Sport