Thursday, March 28, 2024

Ir-Reġina tidher mingħajr bastun fl-ewwel laqgħa tagħha mindu weġġgħet daharha

Aqra wkoll

Wara li ftit tal-jiem ilu kien tħabbar li r-Reġina Eliżabetta t-tieni ma kinitx se tattendi għall-attivitajiet ta’ Jum it-Tifkira f’Cenotaph f’Londra minħabba li weġġgħet daharha, issa kellha l-ewwel laqgħa tagħha wiċċ imb’wiċċ fejn fiha ġie osservat li ma kinitx qed tuża’ bastun.

Ir-Reġina, li għandha 95 sena, iltaqgħet mal-Ġeneral Sir Nick Carter fil-Kastell ta’ Windsor.

Din hija l-ewwel darba fi kważi xahar li r-Reġina dehret f’ritratt twettaq laqgħa simili minn meta organizzat riċeviment għall-‘global investment summit’ fid-19 ta’ Ottubru.

Fl-aħħar tax-xahar li għadda r-Reġina kienet ordnata biex tistrieħ għal ġimgħatejn sħaħ u tirrikorri biss għal xogħol li ma jinvolvix strapazz.

Ekonomija

Sport