Wednesday, April 24, 2024

Ir-Reġina tikkanċella l-ikla ta’ qabel il-Milied minħabba l-firxa tal-Omicron

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-Reġina ddeċidiet li tikkanċella l-ikla tradizzjonali ta’ qabel il-Milied minħabba żieda ta’ infezzjonijiet tal-varjant tal-Omicron fl-Ingilterra.

Huwa mifhum li din id-deċiżjoni ittieħdet bħala prekawzjoni hekk kif il-maesta tagħha setgħet tpoġġi l-arranġamenti tal-Milied ta’ diversi persuni f’riskju li kieku hi kompliet bit-tħejjija għal din l-ikla.

Sors mill-palazz ikkonferma li r-Reġina tinsab verament iddispjaċuta iżda tħoss li hija l-aħjar deċiżjoni f’din is-sitwazzjoni.

Jidher li l-preparamenti kollha neċessarji kienu lesti biex fl-età ta’ 95 sena, ir-Reġina tilqa’ lill-familja estiża tagħha qabel titlaq lejn Sandrigham fejn kull sena tqatta’ l-Milied. Is-sena li għaddiet din l-attività wkoll kienet ġiet kanċellata minħabba l-pandemija.

Dan se jkun l-ewwel Milied tar-Reġina mingħajr żewġha.

Sport