Mill-istaġun li ġej 2024-25 ir-replays tal-FA Cup mill-ewwel round ‘il quddiem se jiġu skrappjati bir-rounds kollha tal-Emirates FA Cup se jintlagħbu wkoll fi tmiem il-ġimgħa, inkluża l-ħames round li ilu jintlagħab f’nofs il-ġimgħa għal dawn l-aħħar ħames snin.
Il-bidliet ġejjin bħala parti minn ftehim ġdid ta’ sitt snin bejn il-Football Association (FA) u l-Premier League li min-naħa tiegħu neħħa wkoll il-waqfa ta’ nofs l-istaġun mill- kalendarju.
Il-partiti se jibdew f’nofs Awwissu wara waqfa konsekuttiva ta’ tliet ġimgħat fis-sajf minflok perjodu iqsar ta’ mistrieħ fix-xitwa, bid-deċiżjoni hija ġejja minn “parir espert minn dipartimenti mediċi u tekniċi”.
Fil-format attwali tagħha, l-FA Cup m’għandha l-ebda replays mill-ħames round ‘il quddiem, iżda l-FA tgħid li l-pass biex jiġu eliminati minn stadju aktar bikri sar “fid-dawl ta’ bidliet fil-kalendarju mmexxi mill-kompetizzjonijiet estiżi tal-UEFA”.