Tuesday, April 23, 2024

Ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert jhedded li jieħu passi bil-pulizija fil-konfront ta’ membri tal-istaff li qed jiktbu fuq Facebook

Aqra wkoll

Hekk kif illum ir-Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir ħareġ sejħiet għal żewġ kapijiet tal-iskola, ir-reazzjoni tal-istaff kienet waħda mistennija hekk kif raw li r-Rettur u l-bord baqgħu għaddejjin mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni.

Ftit tal-ħin wara, l-MUT irċeviet komunikazzjoni mingħand l-istess Rettur, fejn qiegħed jhedded li jieħu passi bil-pulizija fil-konfront ta’ membri tal-istaff li qed jiktbu fil-paġni ta’ Facebook.

Dan l-aġir sfortunatament issa sar sinonimu mat-tmexxija tal-Kulleġġ mir-Rettur u mill-bord, li fi ftit jiem bagħat ittri legali lill-membri tal-istaff li pparteċipaw fi protesta paċifika filwaqt li għamel kull attentat sabiex jagħlaq ħalq dawk kollha li ma jaqblux miegħu.

Sport