Saturday, November 23, 2024

Ir-riformista Masoud Pezeshkian elett President tal-Iran

Aqra wkoll

Ir-riformista Masoud Pezeshkian ġie elett bħala l-president il-ġdid tal-Iran biex għeleb l-isfida tar-rivali konservattiv tiegħu Saeed Jalili.

Il-vot favur Dr Pezeshkian tħabbar wara li kiseb 53.3% ta’ aktar minn 30 miljun vot li ġew magħduda. Jalili kiseb 44.3% tal-voti.

Ir-run-off saret wara li l-ebda kandidat ma kiseb maġġoranza fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni li saret fit-28 ta’ Ġunju li għadda, li rat parteċipazzjoni tal-votanti storikament baxxa ta’ 40%.

L-elezzjoni issejħet wara li l-President preċedenti tal-Iran, Ebrahim Raisi, miet f’ħabta bil-ħelikopter f’Mejju, li fiha mietu wkoll seba’ persuni oħrajn.

Il-mexxejja taċ-Ċina, l-Indja u r-Russja kollha ferħu lil Dr Pezeshkian għar-rebħa tiegħu fl-elezzjoni.

Qabel ma tħabbru r-riżultati finali mill-Ministeru tal-Intern tal-Iran, il-partitarji ta’ Dr Pezeshkian kienu niżlu wkoll fit-toroq f’Tehran u f’numru ta’ bliet oħra biex jiċċelebraw.

Dr Pezeshkian, kirurgu ta’ 71 sena u membru parlamentari Iranjan, huwa kritiku ħafna tal-pulizija tal-moralità tal-Iran u qajjem kontroversarja wara li wiegħed “għaqda u koeżjoni” kif ukoll it-tmiem tal-“iżolament” tal-Iran mill-kumplament tad-dinja.

Sport