Friday, March 21, 2025

Ir-Russja tqabbel lil kanċillier il-ġdid tal-Ġermanja man-Nażista ‘Goebbels, li kien magħuf għal gideb tiegħu

Aqra wkoll

“Int għadek m’intix fil-poter imma diġà tigdeb bħal Goebbels”. Dan iddikjarah Dmitry Medvedev, eks President u Prim Ministru Russu, f’kumment li kiteb  fuq Telegram. Il-kumment tiegħu qabbel lill-Kanċillier li jmiss tal-Ġermanja, Friedrich Merz, Mal-ministru tal-propaganda Nażista Joseph Goebbels.

Medvedev, li serva terminu wieħed bħala President Russu mill-2008 sas-sena 2012 u bħalissa huwa Viċi kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Russja, kien qed jirreferi għall-kummenti li għamel Merz waqt dibattitu fil-Parlament Ġermaniż dwar l-infiq tad-difiża. Il-politiku Ġermaniż qal li r-Russja mhux biss qed tagħmel gwerra kontra l-Ukrajna iżda kontra l-Ewropa kollha.

Merz qal li l-gwerra tar-Russja kienet “gwerra kontra pajjiżna wkoll, li seħħet kuljum b’attakki fuq in-netwerks tad-data tagħna, spjunaġġ kontra bażijiet militari u kampanji ta’ diżinformazzjoni.”

Medvedev interpreta dawn ir-rimarki fil-kuntest tat-Tieni Gwerra Dinjija, u qal: “Il-Ġermanja Nażista attakkatna mill-1941 sa 1945. Nafu kif spiċċat. Bidu ħażin. Nispera li tispiċċa bl-istess mod għalik.”

Ta’ min jgħid li Russia dejjem targumentatli l-gwerra  kontra l-Ukrajna hi gwerra difensiva kontra l-“Punent”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport