Minn rapporti inizjali jidher li l-White House wasslet biex ikun hemm ftehim bejn ir-Russja u l-Ukrajna għal waqfien mill-ġlied fil-Baħar l-Iswed. Dan hekk kif bħalissa fis-Sawdi Għarabja għaddejjin taħditiet għall-paċi, paċi li ilha tant mistennija.
Ir-Russja qablet li se “tassigura navigazzjoni sigura, l-eleminazzjoni ta’ użu ta’ forza u l-prevenzjoni ta’ użu ta’ vapuri kummerċjali għal skopijiet militari fil-Baħar l-Iswed”. Min-naħa tiegħu l-Ministru tad-Difiża Ukren Rustem Umerov qal li l-Ukrajna “ukoll qablet li jkun hemm waqfien mill-ġlied”.
Din hija aħbar oħra pożittiva lejn il-wegħda li kien għamel Donald Trump li se jirnexxielu jwaqqaf il-Gwerra fl-Ukrajna qabel ma ġie elett President tal-Istati Uniti f’Novembru li għadda.