Fil-MatchDay preżenti tat-360 Sports Malta Premier, iċ-Challenge League u l-Women’s League, il-captains tat-timijiet rispettivi libsu faxex speċjali biex ifakkru il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa. Din hija inizjattiva oħra tal-kunċett Sports Unity, proġett ta’ Ħamrun Ħanin.
Minkejja żieda fl-għarfien u kull progress li seta’ sar fl-aħħar snin, mara minn kull tlieta madwar id-dinja għadha ssofri minn vjolenza fiżika jew sesswali matul ħajjitha, u Sports Unity fittxeta li tgħaqqad il-klabbs flimkien biex jibagħtu messaġġ b’saħħtu li m’għadx hemm skużi aċċettabbli għal vjolenza fuq in-nisa, u li din, għandha tispiċċa darba għal dejjem.
ll-kampanja ta’ Ħamrun Ħanin, li hi appoġjata minn GasanMamo Insurance, se tinkludi wkoll filmati b’messaġġ b’saħħtu minn plejers femminili Maltin, inkluż l-istilla tan-nazzjonal u tat-tim ta’ Inter, Haley Bugeja, li jappellaw lin-nisa li qed isofru minn xi tip ta’ vjolenza biex jagħmlu kuraġġ u jitkellmu.
Il-Veterans Malta Football Association ukoll ippreżentat sett ta’ faxex iffirmati biex b’hekk twessa’ l-impatt ta’ din l-inizjattiva.
Il-faxex tal-captains qed jiġu rkantati biex jinġabru fondi għal Dar Merħba Bik, organizzazzjoni li tgħin lin-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza domestika. Dilettanti tal-futbol jew inkella persuni oħra li jixtiequ jakkwistaw din il-memorabilja unika jistgħu jitfgħu l-offerta tagħhom sad-19 ta’ Diċembru fuq https://app.galabid.com/sportsunity_armbands/.
Irkant ta’ Faxex tal-Captains tal-Futbol favur Dar Merħba Bik