Sunday, December 22, 2024

“Irrid inkun it-tarka tal-Maltin” – Daniel Attard

Aqra wkoll

F’attività politika tkellem ukoll il-kandidat Laburista għall-elezzjonijiet tal-PE Daniel Attard.

Huwa stqarr li hu minnu li rridu nżommu kalmi b’danakollu ma nistgħux inkunu passivi. “Ma nħallux kollox għaddej. Dik il-kelma żammejtha. Mort għand il-Kummissarju tal-Pulizija, tlabtu jipproċedi u fil-Qorti s-Sur Leone Ganado ħa dak li ħaqqu – sentenza ta’ ħtija bil-libertà kkundizzjonata,” qal Attard.

Żied jgħid: “illum qiegħed hawn biex inġedded dik il-kelma magħkom. Jekk ħaddieħor irid jagħmel gwerra fuq il-Maltin, jiena rrid inkun it-tarka tal-Maltin. Din ngħidha minn qalbi. Għax jiena wieħed minnkom.”

Dr Attard qal ukoll li għandna żewġ elezzjonijiet importanti quddiemna. “Aħna ġejna quddiemkom b’manifest u viżjoni ta’ x’Malta rridu, ta’ x’lokalitajiet irridu, ħaddieħor offra biss inkjesta maġisterjali, provokazzjoni, diżubbidjenza pubblika u diżubbidjenza parlamentari.”

Temm jgħid li fadal biss għaxart ijiem għal dawn l-elezzjonijiet u dan huwa l-mument li nkomplu nikkonvinċu, niġru wara kull vot, inħeġġu lin-nies biex jiġbru l-vot tagħhom biex “nivvutaw lil kandidati kollha tal-PL.”

Ekonomija

Sport