Wednesday, July 24, 2024

“Bħala Partit Nazzjonalista nesprimu solidarjetà mal-Partit Laburista”

Dr Grech diġa ikkomunika mal-Prim Ministru

Aqra wkoll

Aħna ukoll tlabna protezzjoni għax ma nafux x’hemm wara dan l-att

Is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino f’kumment lil Talk.mt dwar l-isplużjoni li kien hemm quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, qal li “nesprimu solidarjetà mal-Partit Laburista. Dr Grech diġa ikkomunika mal-Prim Ministru Robert Abela u taħ l-appogg. Bħala Partit Nazzjonalista nikkundannaw kull forma ta’ kriminalità. Tlabna anke aħna protezzjoni għax ma nafxux x’hemm warajha. Se nkunu qegħdin noħorġu stqarrija fi żmien qasir”.

Aktar kmieni: Oġġetti “suspettużi” qrib il-Kwartieri tal-PL

Oġġetti “suspettużi” li nstabu f’parapett ta’ dar qrib sew il-Kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun qajmu suspett li setgħu kienu splussivi.

Il-pulizija ġew informati b’dan il-każ għall-ħabta tat-8.20am u mill-ewwel bdew proċedura biex f’każ li jkun veru splussiv ħadd ma jweġġa’.

Bħalissa fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom kif ukoll uffiċjali tal-EOD biex jistabilixxu x’hemm fl-oġġetti suspettużi.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport