“Filwaqt li huwa importanti li nattiraw turisti ta’ kwalità ogħla, irridu nagħmlu l-parti tagħna wkoll biex bħala pajjiż noffru valur miżjud fl-esperjenza sabiħa li kapaċi joffru l-Gżejjer Maltin kemm għal Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jżuruna,”
Dan kien parti mid-diskors li ta l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn ġie mħabbar li bejn l-21 u l-24 ta’ Marzu ta’ din is-sena ser ikun qiegħed jittella’ l-avveniment Cindirella on Ice f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Dan l-avveniment huwa attrazzjoni ġdida f’pajjiżna u ser jinvolvi shows fuq is-silġ ispirati mill-istorja ta’ Cindirella u li se tkun attività għall-familji kollha bil-parteċipazzjoni ta’ persuni rinomati fosthom eks rebbieħa ta’ midalji tad-deheb fl-Olimpjadi li saru fil-Kanada lura fl-2019.
Preżenti għal din. il-konferenza kien hemm ukoll l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef