Monday, December 23, 2024

“Irridu nistennew sa llum”- Il-President ta’ l-OSCE Ian Borg

Aqra wkoll

Mal-wasla tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov fis-summit tal-OSCE f’Ta’ Qali, kien milqugħ mill-President tal-OSCE, il-Ministru Ian Borg, u spikka l-mument meta l-Ministru Borg u l-Ministru Lavrov skambjaw kelmtejn bejniethom. Il-Ministru Russu deher għal xi ħin jiftaħ idejh u deher jipponta idejh lejn is-sala. 

Talk.mt staqsa lill-President tal-OSCE, Ian Borg x’intqal fil-kelmtejn ta’ bejniethom. Il-Ministru Borg qalilna li Malta tikkundanna l-aggressjoni. Spjega li mal-Ministru Lavrov ilqajt ammont ta’ ġimgħat ilu f’sessjoni tal-assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti. Semmielna li tkellmu anke dwar l-OSCE.  Qalilna li ġie diskuss il-kriżi fl-OSCE u kif din tista’ tiġi megħluba. 

Il-Ministru Borg iddikjara ma’ dan is-sit li “s-sitwazzjoni għadha waħda li rridu nistennew. Irridu naraw sa llum x’se jiġri”.  Ir-Russja trid li l-OSCE taħdem fl-interessi tal-membri kollha u mhux ta’ gruppi ta’ pajjiżi. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport