libes ta’ mara
Bħal lum 23 ta’ Awwissu tas-sena 1851, seħħ irvell vjolenti f’Sydney fl-Awstralja. Dan ġara wara li l-Pulizija ippruvaw jarrestaw lil Michael Knight, baħri li kien libes ħwejjeġ ta’ mara.
Meta l-Pulizija waslet fuq il-post biex jistħarrġu is-suppost ‘diżordni’ li kienet qiegħda ssir. Huma interċettawh f’pub. Ġara li Michael Knight irnexxielu jaħrab. Il-Pulizija sejħet għal rinforzi. Minn naħa tiegħu Michael Knight mar lejn il-Knisja ta’ San Filippu fejn hemmhekk abbuża xi parruċċani. Hu ġie arrestat u tkaxkar għal post ieħor minn seba’ Pulizija.
Kif il-baħrin sħabu semgħu bl-arrest, huma niżlu minn fuq żewġ bastimenti tal-guerra u immarċjaw fit-toroq. Huma bdew jattakkaw lil Pulizija u irnexxielhom iħarrbu diversi priġunieri li kienu miżmumin għand il-Pulizija. Huma ma irnexxielhom jeħilsu lil Knight li kien anke spiċċa immultat.




