Sunday, August 23, 2026
Home Internazzjonali Meta ħaddiema Aboriġini strajkjaw

Meta ħaddiema Aboriġini strajkjaw

0
46

għal disa’ snin sħaħ…kienu appoġġjati bi flus u ikel minn ħaddiema oħra

Bħal lum 23 ta’ Awwissu tas-sena 1966, xejn inqas minn 200 ħaddiem Aboriġinu li kienu jaħdmu fl-istazzjon pastorali ta’ Wave Hill fl-Awstralja ħarġu fuq strajk. Dan sar għax riedu li jitħallsu daqs ħaddiema bojod. Sa dak inhar kienet illegali li ħaddiema Aboriġini jitħallsu  aktar minn ammont speċifiku. 

Wara li ħarġu fuq azzjoni industrijali, il-ħaddiema għamlu kamp u baqgħu għaddejjin bl-istrajk għal disa’ snin sħaħ.  Kienu jirċievu appoġġ minn ħaddiem oħra, li kienu jtuhom kemm flus u anke ikel.  Maż-żmien it-talbiet tagħhom żdiedu tant li anke talbu li jiġu ritornati artijiet li tteħdulhom mill-Aristokratiku Brittaniku Lord Vestey.

Finalmetn rebħu l-każ u ingħataw lura proportion tal-artijiet li kienu tteħdulhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here