Tuesday, May 14, 2024

Is-Segretarja Ġenerali, Jo’Anne Cassar, eletta bħala membru tal-bord tad-diretturi ta’ COMEBA

Aqra wkoll

Is-Segretarja Ġenerali ta’ Badminton Malta, Jo’Anne Cassar, għadha kif ġiet eletta bħala Membru tal-Bord waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Konfederazzjoni tal-Badminton tal-Mediterran, COMEBA.  Li tkun elett bħala membru tal-bord ta’ COMEBA hija opportunità straordinarja li ġġib magħha responsabbiltà enormi u ċ-ċans li jissawwar il-futur tal-badminton fir-reġjun tal-Mediterran. B’din l-opportunità, Badminton Malta tista’ ssawwar il-futur ta’ dan l-isport, kemm jekk billi timplimenta politiki ġodda, ittejjeb l-istrutturi ta’ governanza, u tibda inizjattivi li jippromwovu l-inklussività, id-diversità, u l-fair play.  Jo’Anne, flimkien ma’ 7 membri oħra tal-bord ġew eletti biex iservu fuq il-bord għall-4 snin li ġejjin, il-bord issa huwa magħmul minn dan li ġej:

President:                                                       Mr Andoni Azurmendi, SPAIN.

Vici President:                                     Mr Ratko Galjer, CROATIA.

Vici President:                                     Mr Shehab Yehia EGYPT.

Vici President (Med Games host):                  Dott Giovanni Esposito ITALY.

Segretarju Ġenerali:                                        Mr Sylvain Benin, FRANCE.

Teżorier:                                                          Mr Mario Cabello SPAIN.

Membri:                                                          Mr Raouf Sious TUNISIA

                                                                        Ms Jo’Anne Cassar MALTA

Xahar biss wara li attendiet l-Forum tal-Membri tal-Badminton Europe u l-AGM, flimkien mal President ta Badminton Malta Owen Grech, Jo’Anne attendiet ukoll il-Forum tal-Membri tal-Ghaqda Dinjija tal-Badminton u l-AGM, li sar f’Kuala Lumpur, il-Malasja.

It-tema ta’ din is-sena għall-Forum tal-Membri kienet “Innovazzjoni u Bidla – opportunitajiet ġodda – prattika aħjar”.  Saru workshops fi gruppi differenti biex jiġbru feedback, ideat, u l-aħjar prattiki mill-Assoċjazzjonijiet Membri, u jagħmlu din l-opportunità biex inħarsu lejn fejn qegħdin u x’ksibna, u fejn irridu nkunu bħala sport fi żmien 10 snin.

L-AGM tal-2023 kien l-ewwel waħda li sar 100% wiċċ imb’wiċċ mill-2019 u kellu numru rekord ta’ 155 assoċjazzjoni membru li attendew.  Il-minuti tal-AGM tal-2022, ġew ippreżentati kif ukoll rapporti amministrattivi u finanzjarji, inklużi baġits u previżjonijiet, u ġew approvati ukoll xi emendi fil-kostituzzjoni, fosthom ir-regoli tal-ivvettjar.  L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-Uffiċjali tal-BWF ikunu jistgħu jirrispettaw l-ogħla standards ta’ governanza.  Biex jagħmlu dan, ir-regoli stabbilixxew proċess ta’ skrutinju madwar Bord tal-Ivvettjar li r-rwol tiegħu huwa li jivverifika li l-Uffiċjali kollha tal-BWF jistgħu jirrispettaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti. Permezz ta’ din il-proposta, il-Kunsill tal-BWF jibni fuq il-proċess eżistenti biex jittejbu u jissaħħu r-Regoli tal-Ivvettjar.

Is-sessjonijiet ta’ netwerking matul dawn il-laqgħat iservu biex isaħħu r-relazzjonijiet ma’ assoċjazzjonijiet membri oħra, jaqsmu l-aħjar prattiki kif ukoll jiskopru opportunitajiet ġodda għall-kollaborazzjoni.

Jo’Anne kellha wkoll l-opportunità li tiltaqa mal-leġġenda tal-badminton Malasjan, Lee Chong Wei, rebbieh ta’ 3 midalja tal-fidda Olimpika, ta 3 medalja tal-fidda fil-kampjonati tad-dinja, rebbieh ta 5 medalji tad-Deheb tal-Commonwealth u rebbieħ ta’ ħafna titli internazzjonali oħra.  Huwa ġie introdott fil-BWF Hall of Fame flimkien ma leġġenda oħra, iċ-Ċiniż Lin Dan.

Sport