Saturday, May 4, 2024

POPLU B’QALB KBIRA… Jake Vella jibda jitgħallem il-kitarra fl-Isptar

Aqra wkoll

Kien eżatt fit-23 ta’ Mejju li għadda meta l-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali qal li kien mar iżur lil Jake u dan it-tfajjel wera x-xewqa li jitgħallem il-kitarra.

Talk.mt kien irrapporta mill-ewwel dak li kiteb il-Ministru bit-tama li ngħinu kemm nistgħu lil Jake. Fi ftit minuti kien hemm diversi persuni li offrew li jmorru jgħallmu l-kitarra lil dan it-tfajjel flimkien ma’ oħrajn li offrew li jagħtuh kitarra.

Ftit tal-minuti ilu, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi kiteb fuq il-profil tiegħu li Jake rnexxielu jaqta’ xewqtu.

Il-kitarrist tar-Red Electric mar l-Isptar Mater Dei u beda jagħti l-ewwel lezzjonijiet lil Jake.

Min jaf… forsi hekk kif joħroġ mill-Isptar ikun anke jista’ jdoqq ma’ kitarristi kbar bħalma hu l-għalliem tiegħu.

Sport