Tuesday, May 14, 2024

Juventus se jħallsu multa ta’ €718,000 bi ftehim

Aqra wkoll

Juventus se jħallsu multa ta’ €718,000 (£620,000) bħala parti minn qbil mal-awtoritajiet tal-football Taljan dwar każ li jikkonċerna ħlas tas-salarji tal-players.

Il-ġimgħa l-oħra Juventus ġew penalizzati 10 punti wara investigazzjoni separata dwar it-trasferimenti li għamel il-club fil-passat.

Il-qbil li Juventus aċċettaw dan il-kastig ta’ 10 punti jfisser li mhux se jingħataw kastig ieħor ta’ punti.

Dan iġib fi tmiemu kull każ li jinvolvi lill-club ta’ Turin.

Minbarra l-multa ġenerali lill-club, il-Federazzjoni Taljana tal-Football (FIGC) immultat lil diversi uffiċjali, inkluż l-eks viċi-president, Pavel Nedved, u l-eks direttur sportiv u maniġerjali, Fabio Paratici.

L-eks president tal-club, Andrea Agnelli, li l-appell tiegħu kontra s-sospensjoni ta’ sentejn li rċieva f’Jannar kien milqugħ aktar kmieni dan ix-xahar, ma kienx inkluż fl-aħħar konvenzjoni u se jiġi mismugħ f’seduta separata fil-15 ta’ Ġunju.

Fi stqarrija, Juventus qalu li l-ftehim se jippermetti lill-club “jikseb riżultat definit” u jegħleb “stat ta’ tensjonijoni u instabbilità”.

Il-club qal ukoll li l-ftehim se jippermetti lill-coach ewlieni, Massimiliano Allegri. u lill-players biex jiffukaw fuq il-pjani tagħhom għall-istaġun li ġej.

Inizjalment, Juventus ġew mogħtija kastig ta’ 15-il punt f’Jannar fuq ftehimiet ta’ trasferimenti, iżda l-ogħla qorti sportiva tal-Italja ħassret dik id-deċiżjoni f’April u ordnat li l-każ jerġa’ jiġi eżaminat.

L-aħħar kastig ta’ 10 punti niżżilhom fis-seba’ post tas-Serie A, u barra mill-postijiet ta’ kwalifikazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Madankollu, Juventus jinsabu biss taħt Roma u żewġ punti taħt Atalanta fil-ħames post, u xorta jistgħu jikkwalifikaw għall-Europa League jew l-Europa Conference League.

Nhar il-Ħadd li ġej it-team ta’ Allegri se jivvjaġġa lejn Udinese fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat.

Sport