Wednesday, November 13, 2024

Is-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed jinvesti €1.9 miljun f’inizjattivi marbuta mas-settur spazjali

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti indirizza l-konferenza Astronomical Data Analysis Software and Systems 2024 li din is-sena qed tiġi ospitata mill-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u l-Astronomija fl-Università ta’ Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti enfasizza fuq l-importanza li s-settur tal-Ispazju qed jingħata mill-Gvern. Huwa ħabbar li s-sena d-dieħla, il-Gvern se jinvesti €1.9 miljun f’inizjattivi u skemi ta’ fondi marbuta mas-settur spazjali, b’kollaborazzjoni mal-Istitut tax-Xjenzi tal-Ispazju u Xjenza Malta, l-aġenzija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika u programmi spazjali tal-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll li riċentament Malta ffirmat ftehim mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex tingħaqad fil-Plan for European Cooperating States (PECS), bħala parti minn strateġija ta’ ħames snin li se tgħin tistabbilixxi s-settur tal-Ispazju f’pajjiżna.

Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern se jkompli jibni fuq ix-xogħol preliminari li beda jsir permezz tal-Fond għar-Riċerka Spazjali ta’ Xjenza Malta f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Dan il-fond ippermetta lil riċerkaturi lokali jistudjaw u jużaw dejta minn satelliti biex jiġu applikati f’oqsma bħall-agrikoltura, fl-immaniġġjar tal-kosta, fis-saħħa, fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali, u għall-Intelliġenza Artifiċjali.

“Kommessi li nkomplu nsaħħu l-inizjattivi favur dan is-settur u b’hekk inkomplu nimplimentaw l-istrateġija nazzjonali għall-Ispazju,” temm jgħid Azzopardi Tanti.

Din il-konferenza tat opportunità wkoll lil diversi esperti sabiex jaqsmu l-għarfien u jesebixxu software u sistemi ġodda fl-astronomija.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport