Is-sena tal-2025 kienet l-aktar sena li l-Mental Health Helpline rċieva telefonati

Aqra wkoll

Il-Mental Health Helpline 1579 mit-twaqqif tagħha, jiġifieri mid-9 ta’ Novembru tal-2022 sat-18 ta’ Lulju ta’ din is-sena irċeviet mal-34,770 telefonata. L-aktar sena li ċemplu fiha nies kienet dik tal-2025, hekk kif it-telefonati li saru jammontaw għal 11,335.

Dan it-tagħrif ingħata mid-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa Ian Borg fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistqosija Parlamentari li saritlu mid-Deputata Laburista Romilda Zarb. 

Il-Ministru Borg spjega li fis-sena 2022, is-sena li fiha beda dan il-Helpline b’kollox kien hemm 911 telefonata. Dan filwaqt li fl-2023 kien hemm 7,636 telefonata u mad-9,830 telefonata fl-2024. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport