“B’dispjaċir kbir qed ninfurmawkom li l-ħanut tal-familja ‘Borg Hardware Store’ li ilu miftuħ għal madwar 37 sena ġewwa l-Gżira nqered kompletament f’nirien. Sfortunatament, ma baqa’ xejn u hemm ħsarat kbar !”
Dan kien il-messaġġ li wassal Jesmond Borg, sid dan il-ħanut permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn irringrazzja lil Alla li ma kien hemm l-ebda persuna midruba u li kulħadd jinsab qawwi u sħiħ.
Huwa rringrazzja mill-qalb għas-servizz professjonali u kuragg kbir li wrew magħhom il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, it-tim mediku mill-Ispttar MaterDei u l-Pulizija. Huwa qal li ma hemmx kliem bizzejjed biex jirringrazzjawhom!
Huwa appella sabiex; “F’dan il-mument diffiċli, kull forma ta’ għajnuna (includi servizzi) kbira jew żgħira, tkun apprezzata immens, kull ġest jagħmel differenza”.
Qal ukoll; “Għal aktar informazzjoni jew jekk tixtiequ toffru xi forma ta’ għajnuna, jekk jogħġobkom ikkuntattjawna fuq: 99465634 jew fuq 79955999. Tenna jgħid billi rringrazzja lil kulħadd għall-appoġġ, il-kliem ta’ kuraġġ u s-solidarjetà.
