Monday, May 6, 2024

Is-Senat Amerikan japprova $95 biljun f’għajnuna lill-Ukrajna u l-Iżrael

Aqra wkoll

Is-Senat Amerikan approva pakkett ta’ għajnuna barranija ta’ $95 biljun li jinkludi appoġġ militari għall-Ukrajna, l-Iżrael u t-Tajwan. Dan il-pakkett jinkludi $61 biljun f’għajnuna militari għall-Ukrajna sabiex tkun ta’ għajnuna fil-gwera.

Fi stqarrija, il-President Joe Biden qal li din it-tip ta’ għajnuna se tagħmel lin-nazzjon u lid-dinja iktar siguri. Spjega kif dawn il-pajjiżi, se jkunu jistgħu jiddefendu lilhom infushom kontra terrorist, bħal Hamas u r-Russja.

Il-Kap tas-Senat, Chuck Schumer qal: “Wara aktar minn sitt xhur ta’ xogħol iebes u ħafna dewmien, l-Amerika qed tibgħat messaġġ lid-dinja kollha, li hi qatt mhu se tagħti dahar ħadd u li fejn tkun tista’ se tgħin”.

Is-Senat kien għadda pakkett ta’ għajnuna simili fi Frar, iżda grupp ta’ konservattivi kienu opponew li l-Ukrajna tingħata għajnuna mill-Amerika u għalhekk dawn żammew milli l-pakkett ta’għajnuna jasal għall-votazzjoni fil-Kamra tad-Deputati.

Il-pakkett mistenni jipprovdi spinta sinifikanti lill-forzi tal-Ukrajna, li fl-aħħar xhur sofrew minn nuqqas ta’ armi u sistemi ta’ difiża tal-ajru. B’reazzjoni għal dan kollu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li b’dan li tħabbar, se tissaħħaħ l-irwol tal-Amerika bħala xempju tad-demokrazija u mexxej tad-dinja ħielsa.

Il-kmandant tal-Gwardja Nazzjonali tal-Ukrajna, Oleksandr Pivnenko, qal li qed jistenna attentat mill-qawwiet Russi biex javvanzaw lejn il-belt qrib il-fruntiera taż-żewġ pajjiżi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport