Monday, December 23, 2024

Is-Senegal iridu rebħa kontra l-Ekwador

Aqra wkoll

Minn Grupp A, fl-4.00 pm, l-Ekwador se jkunu qed ifittxu li jissiġillaw l-kwalifikazzjoni għall-fażi eliminatorja meta jilagħbu kontra s-Senegal li min-naħa tagħhom rebħa biss tarahom jibqgħu javvanzaw.

F’din l-edizzjoni, La Tri tant impressjonaw … meta għelbu lill-Qatar fl-ewwel logħba u spiċċaw fi draw kontra l-Olanda f’dik sussegwenti.

Iżda jistgħu jkollhom jgħaddu mingħajr l-aqwa skorer Enner Valencia, li kellu jinħareġ mill-ground minħabba injury fil-partita kontra l-Olanda u poġġiet f’dubju serju d-disponibbiltà tiegħu għal din il-logħba. Jekk Valencia ma jkunx disponibbli, l-għażla taqa’ bejn Jeremy Sarmiento u Kevin Rodriguez.

Is-Senegal, minkejja li fil-bidu tat-tournament kienu mxekkla bl-injury ta’ Sadio Mane, għandhom kwalitá fl-attakk u fid-difiża li se tkun diffiċli għall-Ekwador biex jegħlbuhom.

Kalidou Koulibaly u Abdou Diallo żgur li se jibdew fid-difiża ċentrali, filwaqt li Ismaila Sarr u Krepin Diatta se jipprovdu l-ispazju għall-attakkanti Boulaye Dia u Famara Diedhiou.

Ekonomija

Sport