Tuesday, April 23, 2024

L-Olanda qrib il-kwalifikazzjoni għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Minn Grupp A, fl-4.00 pm, l-Olanda jaffrontaw lit-team ospitu, il-Qatar, li rebħa jew draw jarawhom jikkwalifikaw għall-Aħħar 16. It-Tulipani jistgħu jikkwalifikaw ukoll  jekk l-Ekwador jegħlbu lis-Senegal.

Min-naħa l-oħra, il-Qatari jagħmlu l-aħħar dehru tagħhom f’din l-edizzjoni hekk kif saru l-ewwel team li ġie eliminat.

Il-coach tal-Olanda, Van Gaal, għandu numru ta’ deċiżjonijiet kbar x’jieħu fejn tidħol il-formazzjoni inizjali għal din il-partita.

Memphis Depay issa ġie utilizzat darb­tejn minn fuq il-bank tas-sostituti wara li rkupra minn injury u din id-darba jista’ jkun fil-formazzjoni inizjali.

Jurrien Timber  jerġa’ jittama li jibda minflok Matthijs de Ligt fid-difiża, filwaqt li x’aktarx ikun hemm bidla f’nofs il-ground, b’Steven Berghuis jista’ jieħu post Teun Koopmeiners.

Gakpo issa skorja darbtejn fil-Qatar, u l-attakkant ta’ PSV Eindhoven mistenni jibda wara Memphis Depay u Steven Bergwijn, b’Davy Klaassen ikun relegat fuq il-bank.

Fir-rigward tal-Qatar, il-goal tas-sostitut Mohammed Muntari kontra s-Senegal jista’ joffri lill-attakkant post fil-formazzjoni inizjali.

Abdulaziz Hatem ħalla wkoll impressjoni pożittiva bħala sostitut fit-tieni taqsima fl-aħħar partita, u għalhekk ma tkunx sorpriża li  jibda mill-ewwel.

Almoez Ali x’aktarx jingħaqad ma’ Muntari fl-attakk, b’tal-ewwel ifittex li jżid mat-42 goal li diġá skorja man-nazzjonal.

Sport