Saturday, December 21, 2024

Is-servizzi mogħtija fl-Għassa tar-Rabat u tal-Imdina se jibdew jingħataw f’dik tal-Imtarfa

Aqra wkoll

Mil-lbieraħ, il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru, is-servizzi tal-Pulizija tal-Għassa tar-Rabat u dawk li kienu qed jingħataw fl-Għassa tal-Imdina, ser jiġu rilokati fl-Għassa tal-Imtarfa biex is-servizzi tad-Distrett ikunu aktar aċċessibbli għall-pubbliku.

Dan filwaqt li l-uffiċċju tal-Pulizija tal-Komunità, li kien qed jopera mill-Għassa tal-Imtarfa, ser jiġi rilokat fl-Għassa tal-Imdina biex ikunu aktar viċin il-komunità.

Il-Pulizija se tibqa’ aċċessibbli u qrib il-komunità u f’każ li persuna jkollha bżonn l-assistenza tal-Pulizija, iżda mhux emerġenza, jibqa’ irrakkomandat li ċċempel fuq in-numru 119 jew fuq in-numru 21224001.

Ekonomija

Sport