Hekk kif ninsabu fi tmiem tal-attività tal-presepju ħaj ta’ Betlehem f’Għajnsielem, bħala parti mit-tradizzjoni, f’Jum l-Epifanija issir l-attività tas-Slaten Maġi.
Għal darb’oħra din ser issir minn sinerġija ta’ rħula Maltin bl-attivitajiet mifruxin fuq jumejn. Il-vjaġġ jibda is-Sibt 4 ta’ Jannar mill-Palazz ta’ Sant’Anton fejn ser issir żjara lil E.T. il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono. Wara se jkun hemm żjara lil ħabsin fil-Korrettiva ta’ Kordin segwita minn żjara f’Dar il-Providenza fis-Siġġiewi. Fil-5.15 p.m. se jkun hemm żjara fil-Parroċċa ta’ San Bastjan u San Ġorg f’Ħal Qormi.
Il-Ħadd, fl-Epifanija fid-9.00 a.m. il-Maġi se jitilqu mill-Imġarr (Malta) u jibqgħu sejrin il-Mellieħa fid-dar tal-anzjani u attivita fil-11.30 a.m. fil-Pjazza tal-Mellieħa fejn issir il-laqgħa ma’ Erodi. It-Tlett Slaten Maġi jitilqu biż-żwiemel lejn iċ-Cirkewwa sabiex eventwalment jaslu u Għawdex għal ħabta tat-3.00 p.m. u mill-Port tal-Imġarr fejn jieqfu f’Dar San Ġużepp tal-anzjani u Arka. Wara jibdew l-aħħar vjaġġ u d-dħul trijonfali ġewwa Bethlehem f’Għajnsielem sabiex jaduraw u joffru r-rigali lil Bambin Ġesù. Dan jwassal għal għeluq tal-ħmistax-il edizzjoni ta’ din l-attività li għal darb’oħra attirat eluf ta’ viżitaturi matul ix-xahar tal-animazzjoni.
Programm Dettaljat tal-Maġi … Is-Sibt, 4 ta’ Jannar 2025:
- 11.30am – Żjara lil President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono – Palazz ta’ Sant’Anton;
- 1.30pm – Żjara lil ħabsin fil-Korrettiva ta’ Kordin, Paola;
- 3.30pm – Dar tal-Providenza, Siġġiewi;
- 5.15pm – Ħal Qormi – Paroċċa ta’ San Bastjan u 5.45pm – Parocċċa ta’ San Ġorġ.
Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar 2025
- 9.00am – Tluq mill-Imġarr (Malta)
- 10.15am – Dar tal-anzjani Mellieħa
- 11.00am – Attivita fil-bitħa tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa
- 12.00pm – Tluq lejn ic-Ċirkewwa fuq iż-żwiemel
- 2.30pm – Tluq bil-vapur tal-Gozo Channel
- 3.00pm – Tluq mill-Port tal-Imġarr
- 3.30pm – Waqfa f’Dar San Ġużepp tal-Anzjani u Arka
- 4.15pm – Waqfa fil-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem
- 4.30pm – Dħul trijunfali fil-villaġġ tan-Nativita Bethlehem f’Għajnsielem
Dawn il-ħinijiet huma ħinijiet indikattivi.