Friday, September 13, 2024

Is-Sibt li ġej jintemm l-istaġun tal-polo bil -Cawnpore Cup

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li ġej il-Malta Polo Club bil-kollaborazzjoni ta’ EquestriMalta se jorganizza edizzjoni oħra tal-Cawnpore Cup fil-Malta Equidrome. Din hi waħda mill-kompetizzjonijiet l-aktar prestiġġjużi fil-kalendarju sportiv Malti li tagħlaq ukoll l-istaġun ferm impenjattiv ta’ din l-assoċjazzjoni.

Il-programm ta’ logħob jibda fl-4.30pm fejn tintlagħab in-Novice Cup bejn Team Finestal u Team Schweppes. Team Finestral hu magħmul minn Petra Vella, Bex Gera, Max Galea, Bradlee Farrugia u Simon Psaila filwaqt li f’Team Schweppes hemm Christian Delia, Mark Darmanin, Emma Aquilina, Ivan Camilleri u Richard Green.

Fis-7pm imbagħad tintlagħab il-Cawnpore Cup bejn Team Alliance u Team Veuve Cliquot. Team Alliance se jkun magħmul minn Greg Gera, Martin Arrigo, Matthew Borg u Matthew Grech filwaqt li Team Veuve Cliquot se jkollu lil Julian Mamo, Jeremy Besancon, Karl Galea u Jean Vella.

Il-qligħ minn dan l-avveniment, li tinkludi wkoll serata ta’ divertiment b’mużika u attivitajiet oħra, se jmur għall-Community Chest Fund.

Ekonomija

Sport