Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
L-isport minn dejjem kien parti minn ħajti. Kont nilgħab il-futbol sal-etá ta’ 36 sena u biex nibqa’ attiv u fit. Bdejt niġri ġirja ‘l hemm u ‘l hawn u mmur il-gym. Ħija Bryan kien ħeġġiġni biex nagħmel ġirja miegħu ta’ għaxar kilometri ix-xatt tas- Sliema. U tant ħadt gost li għamiltha li minn hemm nibtet din il-passjoni li għandi lejn l-atletika.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
Lokalment irbaħt tliet darbiet il-kategorija tiegħi u darba kklassifikajt it-tielet f’isem it-tim preżenti tiegħi, Zurrieq Wolves. L-aktar unur għal qalbi huwa l-5k ta’ Zagreb, fejn ġejt it-tielet fil-kategorija tiegħi. Proprju fil-jiem li għaddew, kelli l-ewwel esperjenza tiegħi ta’ Nofs Maratona barra minn Malta ġewwa Leven fil-Belġju, fejn ksibt ħin ta’ 1.24.46.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Fil-preżent il-livell kompetittiv dejjem qed jikber speċjalment dak tal-irġiel.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Riżorsi u postijiet tat-taħriġ huma limitati ħafna. M’hawnx fejn niġru. Marsa track over crowded. Rotot ta’ tlielaq simili ta’ xulxin.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Ma nimmaġinax ħajti fil-futur mingħajr l-atletika u nkompli nipprattika u naħdem biex intejjeb il-ħinijiet tiegħi u li nagħmel il-Maratona tal-42k.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Is-sigriet tas-suċċess huwa li temmen fik innifsek li tista’ tasal fejn int stess taħseb li huwa impossibli li tasal!