Saturday, January 11, 2025

Is-simplifikar tar-reġistrazzjoni u reġistrazzjoni tal-assoċjazzjonijiet hija prijoritá għall-AIMS – Jean Claude Micallef, CEO

Aqra wkoll

Waqt it-tieni jum tal-Konferenza ‘Celebrating Sport in Malta’ organizzata minn SportMalta, il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS (l-Awtorita’ Maltija għall-Integrita’ fl-Isport) Jean Claude Micallef għamel intervent fejn indirizza t-tħassib ta’ diversi Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet sportivi dwar il-kwistjoni ta’ burokrazija żejda fil-proċess ta’ reġistrazzjoni.

Micallef iddikjara li fil-ġranet li ġejjin l-Awtoritajiet kkonċernati se jkunu qegħdin iniedu proċess ta’ simplifikazzjoni fejn dak li għal diversi Clubs, Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet sportivi kien ta’ problema jinbidel fi proċess aktar faċli. Il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS spjega kif il-ħsieb hu li meta entita’ sportiva tissottometti reġistrazzjoni waħda din tkun evalwata u skrutinata mill-Awtoritajiet rispettivi f’daqqa.

Jean Claude Micallef sostna li d-diskussjonijiet li bdew bejn SportMalta u l-AiMS se jħallu l-frott mixtieq grazzi wkoll għall-koperazzjoni imwegħda mill-MBR (Malta Business Registry) u mill-OCVO (l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat).

Il-Kap Eżekuttiv tal-AiMS rringrazzja liċ-Chairperson tal-Awtorita’ l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi li fehem l-għadab tal-assoċjazzjonijiet u clubs u b’hekk seta’ bla telf ta’ żmien kemm ilu li nħatar CEO tal-AiMS, jimbarka f’diskussjonijiet flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar dwar is-sitwazzjoni.

Jean Claude Micallef temm l-intervent tiegħu waqt din il-konferenza billi qal li hu jinsab fiduċjuż li bl-interventi tal-Ministri Clifton Grima, Silvio Schembri u Julia Farrugia, l-amministraturi sportivi se jiffukaw aktar fuq it-titjib ta’ riżultati milli fuq il-ġbir ta’ dokumentazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport