Saturday, December 21, 2024

IS-SITWAZZJONI TAT-TRAFFIKU F’PAJJIŻNA

Aqra wkoll

Ninsabu fl-eqqel tal-istaġun tas-sajf. F’dan iż-żmien talistaġun it-tendenza tkun li jonqos it-traffiku anke minħabba li diversi ħaddiema f’dawn il-jiem ikunu bix-shutdown.

Però wieħed irid jibda minn issa jaħseb għal meta l-influss tat-traffiku jerġa’ jiż died b’mod partikolari meta dawn il-ħaddiema jidħlu lura mix-shutdowns u f i eqa u kif ukoll il-bqija taċ-ċittadini li jużaw mhux biss trasport alternattiv, iżda anke dawk li jagħżlu li jimxu.

Nemmnu li dan is-suġġett kien hawn u għad iridu joħorġu ħafna opinjonijiet ta’ x’jista’ jsir biex din is-sitwazzjoni kemm jista’ jkun tiġi mrażżna. Issib dawk li huma favur bidla għall-aħjar b’miżuri li jistgħu verament itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u oħrajn irrassenjati li m’hemmx tama li s-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar.

Il-problema tat-traffiku mhijiex biss li tagħmel nofs siegħa, siegħa jew sagħtejn imwaħħal bla ma tiċftit tal-ġimgħat oħra l-is kejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħ hom. Iddur fejn iddur, tipprova kemm tipprova, is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna hija waħda li qiegħda toffri sfida serja lill-entitajiet responsabbli anke mis-sigurtà tal-istess sewwiċaqqlaq wara serbut karozzi jew li tispiċċa tittardja għal xi appuntament.

Wara l-istatistika ta’ ċertu inċidenti tat-traffiku, uħud minnhom gravi, toħroġ ir-realtà li qed ngħixu llum, dik li l-ħajja qed issir wisq mgħaġġla. Għalhekk kulħadd ikun qed jipprova jġebbed il-ġurnata biex forsi jlaħħaq il-lista twila ta’ qadi li jkun lesta – liema lista lanqas tkun possibbli mingħajr appuntament.

Hemm bżonn li nkomplu nxammru l-kmiem biex naħdmu għal aktar sigurtà fit-toroq tagħna? Bħal kull ħaġa oħra, nirrispondu għax issens komun hekk јitlob, li iva baqa’ xi It-Tnejn 22 ta’ Lulju 2024 | 9 jsir. Quddiem dan kollu nemmnu li minflok nattakkaw lil dak li jkun politikament, għandna nersqu ’l quddiem bis-soluzzјoniјiet.

Qed naraw żieda fl-infurzar li nemmnu li minnu nnifsu huwa tajjeb, fejn intensifikaw l-ispezzjonijiet għall-għarrieda f’ħidma kollaborattiva bejn il-Pulizija u l-uffiċjali ta’ Transport Malta.

Fuq kollox ma nistgħux ma ninnotawx ukoll il-ħidma li qed ssir b’mod partikolari fl-infrastruttura tat-toroq. Dan biex wieħed jilqa’ kemm jista’ għall-influss tat-traffiku li jistgħu jinġemgħu f’żoni partikolari madwar il-pajjiż.

Ekonomija

Sport