Saturday, December 21, 2024

Is-Super Cup Spanjola se tintlagħab fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Is-Super Cup Spanjola ta’ din il-ġimgħa fl-Arabja Sawdija ġiet ikkritikata ħafna mill-midfielder ta’ Athletic Bilbao, Raul Garcia, li se jilgħab f’waħda mis-semi-finali tal-kompetizzjoni tal-lum.

L-eks internazzjonali ta’ Spanja qal: ‘Ma jagħmilx ħafna sens. Hu­wa sempliċi ħafna: qed nilagħbu tournament li normalment jintlagħab f’pajjiżna u ma jagħmilx sens li nilagħbu x’imkien ieħor.

“Ma jagħmilx sens li tilgħab logħba fl-Arabja Sawdija li tista’ tintlagħab f’pajjiżna.

“Il-football inbidel fis-sens li ħadd ma jaħseb fuq il-partitarji. Dak li jgħodd hu li niġġeneraw il-flus u jkollna sponsors, u qed nin­sew l-affarijiet bażiċi dwar x’inhu l-football. 

“L-atmosfera, il-familji li jgawdu l-logħob flimkien, il-ħinijiet tal-bidu li jixirqu lill-ispettaturi. Inbidel ħafna minn meta bdejt nilgħab.’

Għal 40 sena s-Super Cup Spanjola kienet verżjoni Spanjola tal-Community Shield li ntlagħbet bħala l-ftuħ għall-istaġun il-ġdid bejn ir-rebbieħa tat-tazza tal-is­taġun preċedenti u ċ-champions tal-kampjonat.

Iżda fl-2019 il-format inbidel għal erba’ timijiet, inklużi runners-up tat-tazza u tal-kampjonat, u t-tournament ġie esportat lejn l-Arabja Sawdija. Fl-2020 Real Mad­rid rebħu l-ewwel Super Cup imġedded fil-King Abdullah Sports City.

L-istaġun li għadda l-Final Four reġgħu lura Spanja minħabba l- pandemija, iżda din is-sena tmur lura lejn l-Arabja Sawdija.

Real Madrid jilagħbu kontra Barcelona llum l-Erbgħa u Atletico Madrid jilagħbu kontra Athletic Bilbao għada qabel il-finali tal-Ħadd fil-King Fahd Stadium f’Riyadh.

Il-Federazzjoni Spanjola tal- Football oriġinarjament laħqet ftehim ta’ tliet snin għas-Super Cup fl-Arabja Sawdija li huwa rappurtat li jiswa €30 miljun. Minn dak in-nhar dan il-ftehim ġie estiż għall-2029.

Ekonomija

Sport