Friday, July 17, 2026
Home Sport Isak bejn Chelsea u Arsenal?

Isak bejn Chelsea u Arsenal?

0
106

L-attakkant internazzjonali Svediż Alexander Isak jinsab fiċ-ċentru tal-attenzjoni fejn għandu x’jaqsam is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar hekk kif qed jinteressa kemm lil Chelsea kif ukoll lil Arsenal. Dawn tal-aħħar jidhru favoriti li jiksbu s-servizzi tiegħu minħabba li lesti jonfqu kemm hemm bżonn filwaqt li jħallsu l-klawsola li għandu fil-kuntratt li jtul sa Ġunju 2028.

Isak għandu 25 sena u jidher favorevoli li jilgħab mal-Gunnners fl-Emirates Stadium.