Is-Surġent Christopher Debrincat kien rikonoxxut bħala l-Uffiċjal tas-Sena waqt iċ-ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati u premjijiet lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li s-sena li għaddiet iddistingwew ruħhom b’mod eċċezzjonali fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Is-Surġent Brincat ingħata dan ir-rikonoxximent għall-kuraġġ eċċezzjonali tiegħu, it-tmexxija deċiżiva, u l-impenn altruwista tiegħu meta kien imsejjaħ sabiex jassisti f’nar f’dar fil-Mosta fejn kien hemm maqbuda tifla ta’ 13-il sena. Mingħajr eżitazzjoni u konxju bis-sħiħ mir-riskju personali serju, huwa salva lit-tifla.
L-imġiba tas-Surġent Debrincat tirrifletti l-ogħla standards ta’ kuraġġ, professjonaliżmu, u dedikazzjoni mistennija minn uffiċjal tal-pulizija.




