Eluf ta’ nies, it-Tnejn ħonqu t-toroq ta’ Manchester biex jonoraw wieħed mill-aqwa players tal-football Ingliż, Sir Bobby Charlton, li miet nhar il-21 October li għadda.
Il-korteo funebri wasal f’Old Trafford u għadda minn quddiem l-istadium biex il-partitarji setgħu jgħidu l-aħħar addio tagħhom.
Madwar 1,000 mistieden ippakkjaw is-servizz, inklużi l-familja Charlton u l-ħbieb ta’ Sir Bobby, fosthom Alex Ferguson, li kkowċja lir-Red Devils għal 26 sena.
Sir Bobby miet wara waqgħa aċċidentali fid-dar tal-anzjani fejn kien qed jingħata l-kura għad-dimenzja. Huwa kellu 86 sena.
Huwa lagħab 758 partita ma’ Manchester United, skorja 249 goal u rebaħ tliet titli tal-kampjonat, l-FA Cup u t-Tazza tal-Ewropa.