Monday, May 13, 2024

Isir it-tlugħ tal-poloz tar-Round Preliminari u tar-Round tas-16 tan-National Amateur Cup

Aqra wkoll

In-National Amateur Cup reġgħet lura għal staġun ieħor.

It-Tlieta sar it-tlugħ tal-poloz ta’ din il-kompetizzjoni, tar-Round Preliminari, u tar-Round tas-16.

Ir-Round Preliminari fih b’kollox 13-il partita, u l-fażi tar-Round tas-16 se jkun qed jara l-introduzzjoni ta’ Mgarr United u l-clubs Għawdxin Sannat Lions u Għarb Rangers.

Ir-round preliminari ta’ fixtures huwa skedat li jintlagħab fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Settembru, bejn il-Ġimgħa 29 sal-Ħadd 1 ta’ Ottubru.

Ftit fixtures li għandhom jiġbdu l-għajn huma d-derby Għawdxi bejn Munxar Falcons u Victoria Hotspurs, Xgħajra T. v Qrendi; Vittoriosa Stars konra Pembroke Athleta, St George’s u Rabat Ajax, biż-żewġ clubs li kienu jilagħbu fit-tieni livell tal-futbol lokali sa ftit staġuni ilu.

Sport