Sunday, November 24, 2024

Issir iċ-Ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tad-darts

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħaxija fil-Padiljun ta’ Esbjerg saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-tazza tad-dinja organizzata mill-Federazzjoni Dinjija tad-darts WDF.

Għal din il-kompetizzjoni se jkun hemm 49 pajjiż li se jieħdu sehem inkluż Malta. Waqt din iċ-ċerimonja, iż-żewġ plejers femminili Althea Ciantar u Liliana ġarrew il-bandiera Maltija.

Malta se tieħu sehem kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll f’dik tan-nisa. Fil-fatt Norbert Attard, Albert Scerri, Tony Borg u Enrico Scerri se jkunu qed jiffurmaw it-tim nazzjonali tal-irġiel filwaqt li Althea Ciantar, Liliana Abela, Marconia Zammit Borg u Pauline Tonna huma l-erba’ plejers li se jirrappreżentaw lil pajjiżhom fil-kategorija femminili.

Sadanittant il-plejers kollha Maltin se jkunu fl-azzjoni kemm fis-singles kif ukoll fid-doubles.

Malta qed tieħu sehem f’dan il-logħob wara nuqqas ta’ 20 sena bit-tim tan-nisa li se jkun qed jipparteċipa għall-ewwel darba.

Sport