Zachary ‘Zach’ David isuq fil-ħames rawnd tal-Kampjonat Ewropew Reġjonali tal-Formula minn Alpine (FRECA), li issa għadda aktar minn minn nofs l-istess kampjonat.
Il-livell tal-kompetizzjoni kompla jitla hekk kif il-grid laħqet it-33 sewwieq. Dan ifisser li minkejja li David kien biss 0.523 ta sekonda ‘l bogħod mill-pole position xorta spiċċa fit-13 il-posizzjoni.
Huwa beda fil-ħdax il-poizzjoni u spiċċa fit-12-il post. Fil-Kwalifiki tal-Ħadd, David mar tajjeb tant li beda mis-seba posizzjoni, posizzjoni li poġġietu f’distanza tajba mir-rivali tiegħu tal-kampjonat u beda flimkien ma’ sieħbu Tuukka Taponen. Fit-tieni tellieqa reġa avvanza posizzjoni oħra u b’hekk spiċċa fis-sitt post.
Zach David: “Ħafna pożittivi minn tmiem il-ġimgħa f’Mugello. Ebda żbalji kbar, sewqan nadif, u spiċċajna ż-żewġ tiġrijiet ogħla minn fejn bdejna. Meta wieħed iqis li spiċċajna fis-6 post fit-tieni tiġrija kien l-aħjar li t-tim seta’ jagħmel. L-importanti kien li nispiċċaw b’punti tajbin. Xi affarijiet x’jirranġaw u naħdmu fuqhom għal Paul Ricard, iżda progressjoni tajba ħafna matul tmiem il-ġimgħa timliena b’fiduċja fil-ġimgħa tat-tellieqa.”
Wara żewġt tlielaq kosekuttivi, f’ Mugello u Paul Ricard, ma hemmx ħin ta’ mistrieħ għas-sewwieqa hekk kif il-Kampjonat Ewropew tal-Formula Reġjonali minn Alpine (FRECA) ser jkompli bis-sitt rawnd bejn l-20 u l-21 ta’ Lulju f’Paul Ricard fi Franza.