Friday, November 22, 2024

It-tamiet legali ta’ Donald Trump li jdawwar ir-riżultat tal-elezzjoni favurih ikomplu jisparixxu

Aqra wkoll

L-Istati ta’ Georgia u Michigan jikkonfermaw lill-President Elett Joe Biden bħala r-rebbieħ taż-żewġ Stati

Hekk kif ingħalqu l-kaxxa u beda l-għadd tal-voti biex il-poplu Amerikan ikun jaf minn se jkun qed imexxihom fl-erba’ snin li ġejjin, il-President uxxenti Donald Trump beda kampanja qalila għaliex skontu “id-Demokratiċi serqu l-elezzjoni.” Fid-dawl ta’ dawn l-akkużi u allegazzjonijiet, Trump fetaħ numru ta’ kawżi legali f’numru ta’ Stati differenti bil-għan li jikkontesta r-riżultati f’dawn l-Istati.

Żewġ Stati partikolari fejn Trump ried li jerġgħu jingħaddu l-voti kienu Georgia u Michigan. Ilbieraħ, it-tamiet tal-imprenditur biljunarju sfaxxaw fix-xejn hekk kif l-Istat ta’ Georgia wara li reġa’ għadd il-voti manwalment, ikkonferma lill-President Elett Joe Biden bħala r-rebbieħ tal-Istat. Min-naħa l-oħra, wara jiem ta’ reżistenza biex jikkonfermaw ir-riżultat mill-uffiċjali ta’ Trump u l-Gvernatur tar-Repubblikani fl-Istat ta’ Michigan, ilbieraħ dawn iffirmaw, anke jekk ftit sigħat wara riedu jikkontestaw id-deċiżjoni tagħhom.

B’dawn iż-żewġ telfiet f’Michigan u Georgia u n-numru ta’ avukati li qed jagħlqu l-bibien lil Donald Trump, kollox jidher li fl-20 ta’ Jannar tas-sena l-ġdid l-Istati Uniti se jkollha President Elett ġdid, jiġifieri lil Joe Biden.

Sport