Friday, April 25, 2025

It-team nazzjonali U21 se jilgħab żewġ partiti kontra San Marino

Aqra wkoll

It-team nazzjonali ta’ Malta U/21 se jiffaċċja lil San Marino darbtejn fi spazju ta’ ftit jiem fil-waqfa internazzjonali ta’ Ġunju.

Iż-żewġ partiti ta’ ħbiberija internazzjo­nali se jintlagħbu t-tnejn fi Stadio Ezio Conti di Dogana f’San Marino.

Malta U/21 l-ewwel li se jkunu fl-azzjoni ma’ San Marino huwa nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju, bil-logħba tibda fis-6.00 pm. Din imbagħad tkun segwita mit-tieni partita nhar is-Sibt, 7 ta’ Ġunju,  fl-istess ħin.

Il-partiti se jsiru fit-tieni waqfa internazzjonali tal-coach Davide Mazzotta fit- tmexxija tat-team nazzjonali tal-U/21.

Fl-aktar waqfa riċenti, Malta ġiet draw 1-1 mal-Estonja f’partita ta’ ħbiberija internazzjonali.

Il-partiti ta’ ħbiberija kontra San Marino se jipprovdu aktar esperjenza internaz­zjonali lit-team taż-żgħażagħ qabel il- Kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew U/21 tal-UEFA 2025-27 li jmiss, fejn Malta ttel­lgħet fi Grupp F li jinkludi wkoll il-Ġermanja, Georgia, il-Greċja, l-Irlanda ta’ Fuq u l-Latvja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport