Thursday, March 28, 2024

It-temp bnazzi jsarraf f’59 persuna mmultati

Aqra wkoll

Disgħa u ħamsin persuna ġew immultati wara li nqabdu mill-forzi tal-ordni fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni. Dan kien ikkonfermat mill-Korp tal-Pulizija fuqil-paġna uffiċjali ta’ Facebook, filwaqt li żied jgħid li dawn ir-rondi se jkomplu matul tmiem il-ġimgħa bit-temp mistenni li jkun ukoll sabiħ bħal-lum.

“Konna qed nittamaw għall-aħjar, iżda stennejna għall-agħar fir-rondi tagħna madwar Malta u Għawdex,” kien jgħid il-messaġġ tal-Korp tal-Pulziija.

Intant il-Pulizija temmet tgħid li dan mhux se jkun l-uniku tmiem il-ġimgħa bnazzi li se jkun hawn. “Se jkun hemm aktar ladarba dan kollu jgħaddi, allura aġixxu b’mod reponsabbli.”

Ekonomija

Sport